Kiev hija l-belt kapitali u l-ikbar belt fl-Ukraina, li tinsab fil-parti ċentrali tat-Tramuntana tal-pajjiż fuq ix-Xmara Dnieper. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 2,819,566 ruħ (sal-2008).
Għal-Lvant tal-Ewropa, Kiev hija ċentru industrijali, xjentifiku, edukazzjonali u kulturali importanti. Fiha jinstabu numru ta' industriji teknoloġiċi, istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u punti ta' riferimenti storiċi famużi mad-dinja. Il-belt għandha infrastruttura estensiva u sistema ta' trasport pubbliku żviluppata għall-aħħar, li tinkludi l-Metrò ta' Kiev.