Is-suġġerimenti se jintwerew wara li tibda tikteb fil-kaxxa tat-tiftix. Uża l-buttuni tal-vleġġa 'l fuq u tal-vleġġa 'l isfel biex tiċċekkja. Uża l-buttuna enter biex tagħżel. Jekk l-għażla tiegħek tkun frażi, dik il-frażi se tiġi mfittxija. Jekk is-suġġeriment ikun link, il-brawżer se jiftaħ dik il-paġna.
Istruzzjonijiet
Host

Serraturi għall-kamra tas-sodda u l-kamra tal-banju għal-listing ta' Airbnb Kmamar

Il-klijenti jistennew li jkunu jistgħu jsakkru l-kmamar tas-sodda u l-kmamar tal-banju li se jkunu jistgħu jużaw. Għalhekk nissuġġerixxu li l-Hosts iżidu s-serraturi għall-kmamar tas-sodda u l-kmamar tal-banju li l-klijenti se jkunu jistgħu jużaw.

Il-kmamar tas-sodda għandhom ikunu jistgħu jissakkru minn ġewwa u minn barra

Il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jsakkru l-bieb tal-kamra tas-sodda tagħhom min-naħa ta' ġewwa (għall-privatezza tagħhom) u minn barra (għas-sigurtà ta' ħwejjiġhom). Nissuġġerulek li twaħħal serratura li tissakkar b'ċavetta flimkien ma' firroll fuq in-naħa ta' ġewwa tal-kamra.

Ħares il-privatezza bis-serraturi tal-kamra tal-banju

Fejn jidħlu l-kmamar tal-banju li jistgħu jużawhom il-klijenti, għall-privatezza tal-klijenti dawn għandhom ikunu jistgħu jissakkru b'serratura jew firroll.

Kif tibdel id-dettalji tal-privatezza għal-listing ta' Kamra tiegħek

Tista' żżid id-dettalji tal-privatezza għal kull kamra jew spazju.

Kif tibdel id-dettalji tal-privatezza tal-listing b'kompjuter

  1. Ikklikkja fuq Listings u agħżel il-listing li tixtieq tibdel
  2. Ikklikkja fuq L-ispazju tiegħek mill-Editur tal-listings
  3. Ikklikkja fuq Dawra mad-dar bir-ritratti u mbagħad agħfas fuq il-kamra li tixtieq tibdel
  4. Ikklikkja fuq Dettalji tal-privatezza u agħmel l-għażliet tiegħek
  5. Ikklikkja fuq Erfa' u mbagħad ikklikkja fuq Bil-lest

Ċwievet u keypads uniċi għal sigurtà ikbar

Tagħżel liema serratura jew firroll tagħżel, żomm f'moħħok dawn li ġejjin:

  • Jekk għandek iktar minn Kamra waħda li tuża keypad fl-istess post, ara li kull kodiċi jkun uniku. U jekk għandek iktar minn Kamra waħda b'serratura fuq barra li tinfetaħ b'ċavetta, is-serratura u ċ-ċwievet għandhom ikunu uniċi wkoll.
  • Jekk qed tuża keypad(s) diġitali, il-kodiċi m'għandux jintwera f'post fejn jista' jsibu ħaddieħor. Jekk għandek xi kopji taċ-ċavetta ta' xi Kamra, dawn għandhom jinżammu f'post sigur u m'għandhomx jitħallew f'xi spazju maqsum mal-oħrajn jew f'xi post ieħor fejn jistgħu jinstabu minn dawk li m'għandhomx ikollhom aċċess għalihom.

Qabel twaħħal xi serratura ara li tkun taf xi jgħidu r-regolamenti tal-post fejn jinsab il-listing u sib jekk hemmx xi restrizzjonijiet marbuta mas-serraturi, pereżempju dwar ix-xorta ta' serraturi li tista' tuża u l-permessi li forsi jaf teħtieġ.

Dal-artiklu kienlek ta' għajnuna?

Artikli relatati

Ikseb l-għajnuna bil-bookings, bil-kont tiegħek u b'affarijiet oħra.
Idħol jew irreġistra