Is-suġġerimenti se jintwerew wara li tibda tikteb fil-kaxxa tat-tiftix. Uża l-buttuni tal-vleġġa 'l fuq u tal-vleġġa 'l isfel biex tiċċekkja. Uża l-buttuna enter biex tagħżel. Jekk l-għażla tiegħek tkun frażi, dik il-frażi se tiġi mfittxija. Jekk is-suġġeriment ikun link, il-brawżer se jiftaħ dik il-paġna.
Istruzzjonijiet
Klijent

Kif tibdel booking imħallas bi Klarna

Meta tuża l-ħlasijiet bin-nifs grazzi għal Klarna xorta tista' tagħmel il-bidliet fil-bookings bħal, ngħidu aħna, li tibdel id-dati tal-wasla u tat-tluq jew iżżid iktar vjaġġaturi. Biss jeħtieġlek tibgħat talba għal bidla fil-booking lill-host tiegħek fuq Airbnb—Klarna ma tista' tagħmel l-ebda bidla fil-booking.

Jeħtieġlek tikkanċella l-booking? Sir af kif taħdem kanċellazzjoni ta' booking imħallas bi Klarna.

Ibgħat talba għal bidla fil-booking fuq Airbnb

Biex tibdel booking ikkonfermat, għandek tibda billi l-ewwel tibgħat talba għal bidla lill-host tiegħek minn Airbnb. Jekk ikun hemm xi differenza f'kemm jiswa l-booking tiegħek, qabel tibgħat it-talba tiegħek se tintwera s-somma tal-booking kif inhu bħalissa u s-somma tal-booking kif tixtieq tibdlu.

Jekk il-host jaċċetta t-talba, aħna nipproċessaw il-bidla.

Żomm f'moħħok: Klarna bl-ebda mod ma tista' tibdel il-bookings u l-hosts m'għandhomx dettalji dwar il-ħlasijiet bin-nifs ta' Klarna li tkun għażilt li tuża biex tħallas għall-booking.

Kif taħdem id-differenza fil-prezzijiet wara talba għal bidla fil-vjaġġ jekk tkun qed tħallas bi Klarna

Xorta tista' tibdel il-booking tiegħek (ngħidu aħna, tibdel id-dati tal-booking jew iżżid iktar klijenti) jekk tagħżel li tħallas bin-nifs grazzi għal Klarna. Tista' tagħmel dal-bidliet direttament minn Airbnb.

Jekk wara talba għall-bidla fil-booking il-booking il-ġdid jiswa inqas, Airbnb se tħallas id-differenza lura lil Klarna. Dal-ħlas lura jaf jieħu sa 14-il jum tax-xogħol biex jidħol fil-kont Klarna tiegħek.

Jekk il-bidla l-ġdida tal-booking tiswa iktar mis-somma li tkun diġà ħallast għall-booking, tista' tuża metodu tal-pagament li diġà għandek marbut mal-kont ta' Airbnb tiegħek jew iżżid metodu tal-pagament ġdid biex tagħmel tajjeb għad-differenza. Barra minn hekk, se tkun tista' tapplika għal ħlasijiet bin-nifs oħra grazzi għal Klarna għaż-żieda fil-prezz.

Kif tiċċekkja l-istatus tal-ħlas lura tiegħek jekk ħallast bi Klarna

Kif tiċċekkja l-istatus tal-ħlas lura tiegħek b'kompjuter

  1. Ikklikkja fuq Vjaġġi
  2. Ikklikkja fuq il-vjaġġ li tixtieq tiċċekkja mit-taqsima Vjaġġi kkanċellati
  3. Ikklikkja fuq Sib fejn wasal il-ħlas lura
  4. Iċċekkja s-somma tal-ħlas lura mit-taqsima Status tal-ħlas lura

Airbnb se tibgħat il-ħlas lura tad-differenza lil Klarna. Dal-ħlas lura jaf jieħu 14-il jum tax-xogħol biex jidħol fil-kont Klarna tiegħek.

Biss, wara li nibagħtu l-ħlas lura lil Klarna, ma nkunux nistgħu nagħtuk iktar dettalji dwar l-istatus tal-ħlas lura fuq Klarna. Jekk tixtieq iktar dettalji dwar il-ħlasijiet lura mibgħuta minn Klarna, ikkuntattja lill-għajnuna lill-klijenti tagħha.

Meta se titħallas lura jekk ħallast bi Klarna

Jekk ħallast il-pagamenti bin-nifs ta' Klarna kollha, Klarna se tħallsek lura fuq il-metodu tal-pagament li tkun użajt biex tħallas lil Klarna. Jekk għadek qed tħallas il-ħlasijiet bin-nifs, Klarna se tħallsek lura l-bilanċ li għandek tieħu skont il-bqija tal-ħlasijiet bin-nifs li jkun fadallek tħallas.

Jekk ikun hemm xi dewmien twil iżżejjed biex tikseb flusek lura mingħand Klarna, jeħtieġlek tikkuntattja direttament lil Klarna biex tifhem l-istatus tal-ħlas lura. Ikkuntattja lis-servizz tal-għajuna lill-klijenti ta' Klarna Jekk ma tkunx ksibt flusek lura wara 14-il jum.

It-tariffi u l-imgħax ta' Klarna

Is-somma li titħallas lura hija s-somma sħiħa (jew parti minnha) li tkun ħallast għall-booking u ma tiġborx fiha t-tariffi jew l-imgħaxijiet li ħallast lil Klarna talli tkun ħallast bin-nifs.

Il-ħlasijiet bin-nifs fi 3 jew f'4 darbiet grazzi għas-self mingħand Klarna m'għandhomx imgħax imma jekk tħallas tard, Klarna jaf twaħħlek xi tariffi. Jekk tħallas kull xahar grazzi għal Klarna, jaf ikollok tħallas xi mgħax.

Pagamenti tard jew miċħuda jekk tħallas grazzi għal Klarna

Wara li booking jiġi konfermat u tikseb ħlas bin-nifs grazzi għal Klarna, jekk ma tkunx tista' tħallas lil Klarna fil-ħin, Klarna jaf terġa' tipprova tiġbor il-flus. Jekk Klarna xorta ma jirnexxilhiex tiġbor il-flus, il-pagament li ma jseħħx se jiżdied mal-pagament ta' wara u jaf ikollok tħallas xi tariffi talli tkun ħallast tard.

Sir af iktar dwar x'jiġri jekk ma tkunx tista' tħallas lil Klarna fil-ħin.

Żomm f'moħħok: Jekk ma tħallasx lil Klarna fil-ħin, dil-informazzjoni mhux se tinqasam ma' Airbnb u mhu se jkollha l-ebda effett fuq il-profil ta' Airbnb jew l-informazzjoni personali tiegħek. Kull ftehim finanzjarju ma' Klarna huwa bejnek u bejn Klarna biss.

Dal-artiklu kienlek ta' għajnuna?

Artikli relatati

Ikseb l-għajnuna bil-bookings, bil-kont tiegħek u b'affarijiet oħra.
Idħol jew irreġistra