Il-vantaġġi li tibbukkja żjara ta' xahar
Jekk tagħżel li tibbukkja żjara ta' xahar (booking ta' mill-inqas 28 lejl wara xulxin), se jkollok ħafna vantaġġi—bħal prezzijiet irħas.
Aċċess għall-kumditajiet meta tibbukkja żjara ta' xahar
Meta tibbukkja żjara ta' xahar, ħafna drabi se jkollok dal-kumditajiet li ġejjin biex iż-żjara tkunlek iktar komda:
- Kċina
- Wifi
- Post apposta fejn tista' taħdem
Int u tfittex post fejn toqgħod għal xahar, dal-kumditajiet se jintwerew kemm fir-riżultati tat-tiftix kif ukoll fil-listing fit-taqsima X'se ssib f'dal-post.
Barra minn hekk, il-host tiegħek se jkun jista' jagħtik kumditajiet oħra li jgħinuk tħossok qisek ġewwa darek matul iż-żjara fit-tul. Il-host jaf jagħtik xi mħaded jew kutri żejda, umbrella jew it-tagħmir għall-kċina bħal towster jew likwidajżer. Jaf ukoll inaddaflek il-post bla ħlas f'nofs iż-żjara (ma tagħmilx ħażin li tistaqsi jekk hux se jagħmel hekk!).
Kif issib iktar disponibbiltà meta tfittex żjara ta' xahar
Kemm jekk qed tfittex dati partikolari kif ukoll jekk għandek flessibbiltà ikbar, tista' twessa' l-firxa tad-dati b'sa 14-il jum biex tikseb iktar għażliet.
Aqsam iż-żjara tiegħek biex tikseb iktar flessibbiltà għal booking ta' xahar
Tista' tuża żjarat maqsumin jekk tibbukkja żjara ta' xahar imma tixtieq toqgħod f'postijiet differenti. Dil-faċilità tħallik taqsam żjarat itwal bejn 2 listings matul il-booking tiegħek.
Żjarat maqsumin issiblek 2 postijiet fejn toqgħod, wieħed wara l-ieħor, għad-dati tal-vjaġġ tiegħek biex tkun tista' tiskopri iktar listings, viċinati u anki destinazzjonijiet matul il-vjaġġ tiegħek.
Kif tikseb prezz irħas biex tibbukkja ż-żjarat ta' xahar
Vantaġġ ieħor li tibbukkja żjara fit-tul hija l-opportunità li tiffranka l-flus (u min ma jħobbx jiffranka?). Int u tfittex post fejn toqgħod għal mill-inqas 28 lejl wara xulxin, xi listings jafu jkollhom prezzijiet irħas għaż-żjarat fit-tul
Iffranka l-flus meta tħallas żjara ta' xahar bil-kont tal-bank
Tixtieq tiffranka iktar? Jekk toqgħod ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka, tista' tiffranka l-flus meta tħallas bil-kont tal-bank għall-bookings eliġibbli.
Artikli relatati
- Host
Dak li għandek tqis qabel tilqa' ż-żjarat ta' xahar
F'xi ġurisdizzjonijiet, wara xahar il-klijenti jistgħu jitqiesu bħala kerrejja għalhekk inħeġġu lill-Hosts biex ikunu jafu sew xi jgħidu l-l… - Host
Ilqa' ż-żjarat ta' xahar
Jekk tħajjar lill-klijenti jibbukkjaw żjarat itwal tkun qed iżżid iċ-ċans li l-post tiegħek ikun iktar mimli, b'inqas bidla fil-klijenti u b… - Klijent jew Parteċipant
Kif tħallas għal żjara ta' xahar
Għaż-żjarat ta' xahar (28 lejl jew iktar), se niġbru l-pagament għall-ewwel xahar u l-bqija se jinġabru xahar b'xahar.