Is-suġġerimenti se jintwerew wara li tibda tikteb fil-kaxxa tat-tiftix. Uża l-buttuni tal-vleġġa 'l fuq u tal-vleġġa 'l isfel biex tiċċekkja. Uża l-buttuna enter biex tagħżel. Jekk l-għażla tiegħek tkun frażi, dik il-frażi se tiġi mfittxija. Jekk is-suġġeriment ikun link, il-brawżer se jiftaħ dik il-paġna.
Istruzzjonijiet
Klijent

Fittex postijiet li joffru faċilitajiet tal-aċċessibbiltà

Aħna nemmnu li kulħadd jista' jħossu d-dar, ikun fejn ikun, u għalhekk irridu nagħmluha eħfef għan-nies b'diżabbiltà u ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà oħra biex jivvjaġġaw.

Issa tista' tfittex għal daħla wiesgħa, għal post mingħajr turġien jew għetiebi jew għal faċilitajiet tal-aċċessibbiltà oħra li jgħinuk issib post addattat għall-ħtiġijiet tiegħek.

Faċilitajiet ta' aċċessibbiltà

Dawn huma l-faċilitajiet li tista' tiffiltra skonthom:

  • Aċċess mingħajr turġien
  • Daħla usa' minn 81 ċentimetru (32 pulzier) għall-klijenti
  • Post tal-parkeġġ għan-nies b'diżabbiltà
  • Aċċess mingħajr għetiebi għall-kamra tas-sodda
  • Daħla usa' minn 81 ċentimetru (32 pulzier) għall-kamra tas-sodda
  • Aċċess mingħajr għetiebi għall-kamra tal-banju
  • Daħla usa' minn 81 ċentimetru (32 pulzier) għall-kamra tal-banju
  • Siġġu tad-doċċa jew tal-banju
  • Doċċa mingħajr turġien
  • Virga biex iżżomm magħha fit-toilet
  • Virga biex iżżomm magħha fid-doċċa
  • Irfigħ mas-saqaf jew irfigħ mobbli


    Kif tiffiltra skont il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà

    1. Daħħal id-destinazzjoni, id-dati tal-vjaġġ u n-numru ta' vjaġġaturi
    2. Kif tara r-riżultati tat-tiftix tiegħek, ikklikkja fuq Filtri
    3. Sib Faċilitajiet ta' aċċessibbiltà u kklikkja fuq Uri iktar
    4. Agħżel il-faċilitajiet li tixtieq u kklikkja fuq Uri l-postijiet

    Fejn tista' ssib l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà fuq listing

    Issa li sibt listing addattat għall-ħtiġijiet tiegħek, hawn huwa minn fejn tista' ssib iktar dettalji dwar il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà tal-post.

    • Deskrizzjoni tal-listing: Ħafna drabi l-Hosts iżidu l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà fid-deskrizzjoni tal-listing
    • Taqsima tal-aċċessibbiltà: Il-Hosts itellgħu r-ritratti tal-faċilitajiet ta' aċċessibbiltà li jinsabu fil-post tagħhom
    • Ikkuntattja lill-Host: Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar il-faċilitajiet tal-aċċessibbiltà f'post partikolari, uża l-buttunaIkkuntattja lill-Host

    Il-Politika ta' Nondiskriminazzjoni

    Bħala parti mill-impenn tagħna biex il-komunità tagħna tinkludi u tirrispetta lil kulħadd, il-Politika ta' Nondiskriminazzjoni tagħna ma tħallix lill-Hosts jirrifjutaw klijenti għall-unika raġuni li għandhom diżabbiltà. Qed naħdmu biex il-komunità ta' Airbnb toqgħod iktar attenta għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà billi nagħtu opportunità lill-Hosts u lill-klijenti biex jaqsmu l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà.

    Dal-artiklu kienlek ta' għajnuna?

    Artikli relatati

    • Kif issib post fejn toqgħod li jgħodd għalik

      Tixtieq l-għajnuna biex issib post fejn toqgħod mill-aqwa? Dawn huma l-iktar suġġetti li l-klijenti jistaqsuna dwarhom meta jkunu qed ifittx…
    • Klijent jew Parteċipant

      Ivverifika n-numru tat-telefown tiegħek

      Wara li tkun żidt in-numru tat-telefown mal-kont tiegħek, il-klijenti, il-Hosts u Airbnb ikunu jistgħu jikkuntattjawk dwar il-booking tiegħe…
    • Kif twaqqaf il-kont tiegħek

      Dħalt fil-kont imma jeħtieġlek teditja l-kont tiegħek. X'għandek tagħmel? Dan huwa kif taġġorna l-profil tiegħek, tikkontrolla s-settings ta…
    Ikseb l-għajnuna bil-bookings, bil-kont tiegħek u b'affarijiet oħra.
    Idħol jew irreġistra