Is-suġġerimenti se jintwerew wara li tibda tikteb fil-kaxxa tat-tiftix. Uża l-buttuni tal-vleġġa 'l fuq u tal-vleġġa 'l isfel biex tiċċekkja. Uża l-buttuna enter biex tagħżel. Jekk l-għażla tiegħek tkun frażi, dik il-frażi se tiġi mfittxija. Jekk is-suġġeriment ikun link, il-brawżer se jiftaħ dik il-paġna.
Istruzzjonijiet
Klijent

Jekk host jitolbok tħallas barra l-pjattaforma ta' Airbnb

Fil-biċċa l-kbira tad-drabi, Airbnb żżomm il-flus kollha li jkunu tħallsu għall-booking. Għalkemm hemm xi drabi meta host jista' jitlob xi pagamenti oħra barra l-pjattaforma ta' Airbnb, dawn għandhom jintwerew fir-rendikont tal-prezz waqt il-booking u għandhom jissemmew fid-deskrizzjoni tal-listing qabel il-booking jiġi konfermat.

It-tariffi li host jista' jiġbor direttament mingħand il-klijenti

Xi drabi host jista' jiġbor xi tariffi u taxxi direttament mingħand il-klijenti barra l-pjattaforma ta' Airbnb. Dat-tariffi jistgħu jinġabru biss minn hosts awtorizzati u t-taxxi għandhom jissemmew fid-deskrizzjoni tal-listing jew fir-regoli tad-dar jekk qabel isir il-booking ma jkunux intwerew fir-rendikont tal-prezz. Dax-xorta ta' tariffi ħafna drabi jinġabru qabel iż-żjara, fil-ħin taċ-checkin jew fi żmien 48 siegħa miċ-checkout.

F'xi postijiet, il-liġi titlob lill-hosts jiġbru t-taxxi tal-okkupanza tal-post direttament mingħand il-klijenti. Sir af iktar kif jaħdmu t-taxxi għall-klijenti.

Barra minn hekk, xi hosts jagħtu xi kumditajiet oħra għall-klijenti li jixtiquhom biex itejbu ż-żjara tal-klijent. Kull pagament għal dawn il-kumditajiet żejda mitluba mill-klijent għandu jsir biċ-Ċentru tar-Riżoluzzjonijiet ta' Airbnb.

Sir af iktar dwar it-tariffi li l-hosts jistgħu jiġbru barra l-pjattaforma ta' Airbnb.

      X'għandek tagħmel jekk host jitolbok tħallas barra l-pjattaforma ta' Airbnb

      Jekk il-host tiegħek qed jitolbok tħallas tariffa jew taxxa li tista' tinġabar barra l-pjattaforma ta' Airbnb u li kienet issemmiet fid-deskrizzjoni tal-listing (jew fir-regoli tad-dar) u fir-rendikont tal-prezz int u tibbukkja, tista' tħallas lill-host direttament. Ħafna drabi l-klijenti jistgħu jagħżlu li jħallsu lill-host miċ-Ċentru tar-Riżoluzzjonijiet, b'xi metodu tal-pagament barra l-pjattaforma ta' Airbnb jew direttament lill-host.

      Meta għandek tirrapporta t-talbiet għall-pagament lil Airbnb

      Jekk xi ħadd juża l-messaġġi ta' Airbnb, email jew xi metodu tal-komunikazzjoni ieħor biex jitolbok tagħmel pagament barra l-pjattaforma ta' Airbnb mingħajr ma jkunu għarrfuk bih minn qabel, taf tkun talba qarrieqa. Jekk isseħħ xi waħda minn dawk b'rabta ma' xi talba għall-pagament bħal din, jekk jogħġbok għarrafna biha minnufih:

      • Taħseb li t-talba tkun qarrieqa
      • Ma tkunx qed tistenna talba stramba bħalha biex tħallas barra l-pjattaforma ta' Airbnb
      • Tixtieq tilmenta dwar talba għall-pagament mingħand il-host
      • Xi ħadd jibgħatlek email fejn jitolbok tħallas barra l-pjattaforma ta' Airbnb, anki jekk it-talba għall-pagament tkun mingħand xi ħadd li jgħid li jaħdem ma' Airbnb

      Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li t-talbiet biex tħallas bil-bank u l-fatturi PDF jew il-fatturi stampati jafu juruk li t-talba hija waħda qarrieqa. Oqgħod b'seba' għajnejn għat-talbiet għall-flus bil-kliem Western Union, MoneyGram, ċekk tal-bank, ordni għall-ħlas jew Liberty Reserve.

      Kif tirrapporta messaġġ

      Kif tirrapporta messaġġ b'kompjuter

      1. Ikklikkja fuq Messaġġi u agħżel it-taħdita li tixtieq tirrapporta
      2. Mill-messaġġ, ikklikkja fuq it-tliet tikek
      3. Ikklikkja fuq Irrapporta dal-messaġġ
      4. Agħżel ir-raġuni għaliex qed tirrapporta l-messaġġ u kklikkja fuq OK
      5. Agħti iktar dettalji (jekk ikunu meħtieġa) u mbagħad ikklikkja fuq Ibgħat


      Żomm f'moħħok: Kull booking li jsir barra l-pjattaforma ta' Airbnb jikser ir-Regoli tas-Servizz tagħna. Jekk insibu li booking sar minn servizz mogħti minn ħaddieħor, nafu nikkanċellaw il-booking u niddiżattivaw il-kontijiet tal-persuna li għamlet il-booking u tal-klijent.

      Dal-artiklu kienlek ta' għajnuna?

      Artikli relatati

      • Klijent jew Parteċipant

        Ġbir tat-tariffi barra mill-pjattaforma ta' Airbnb

        Normalment il-Hosts ma jistgħux jiġbru tariffi oħra barra l-pjattaforma ta' Airbnb sakemm ma jkollhomx il-permess dirett ta' Airbnb.
      • Klijent jew Parteċipant

        Jekk Host jitlob iktar flus

        L-informazzjoni kollha dwar il-prezzijiet hija inkluża meta tibbukkja booking bl-użu ta' Airbnb. Hemm xi ftit eċċezzjonijiet.
      • Klijent jew Parteċipant

        Is-sigurtà tal-Hosts u tal-klijenti

        Biex niżguraw li ż-żjarat, l-Esperjenzi u l-interazzjonijiet ikunu siguri, ċerti attivitajiet u mġibiet mhux aċċettati fil-komunità tagħna.
      Ikseb l-għajnuna bil-bookings, bil-kont tiegħek u b'affarijiet oħra.
      Idħol jew irreġistra