| Tip | Privata |
|---|---|
| Fundazzjoni | Cambridge, Massachusetts, Stati Uniti |
| Fundatur | Steve Chen Chad Hurley Jawed Karim |
| Kwartieri ġenerali | Palo Alto, Kalifornja Dublin, Irlanda (kwartieri ġenerali għall-Ewropa, l-Afrika u l-Lvant Nofsani) Seoul, Korea t'Isfel (kwartieri ġenerali għall-Asja) |
| Nies importanti | Mark Zuckerberg, Fundatur u CEO Dustin Moskovitz, Ko-fundatur Sheryl Sandberg, COO Matt Cohler, VP tal-Ġestjoni tal-Prodott Chris Hughes, Ko-fundatur |
| Introjtu | ▲ 300 miljun USD (stima tal-2008)[1] |
| Impjegati | 900+[2] |
| Sit elettroniku | www.facebook.com |
| Pożizzjoni fuq Alexa | 2[3] |
| Tip ta' sit | Netwerk soċjali |
| Reġistrazzjoni | Bżonnjuża |
| Lingwi disponibbli | 14-il lingwa |
| Stat attwali | Attiva |
Facebook hija websajt ta' netwerk soċjali, proprjetà ta' Facebook, Inc. L-utenti jistgħu jżidu l-ħbieb u jibgħatu l-messaġġi, waqt li jaġġornaw il-profili personali tagħhom biex jgħarrfu lil ħbiebhom dwarhom. Aktar minn hekk, l-utenti jistgħu jissieħbu ma' netwerks subordinarji oħra organizzati skont il-belt, il-post tax-xogħol, l-iskola, u r-reġjun.
Mark Zuckerberg beda l-Facebook flimkien ma' sħabu tal-kulleġġ u sħabu l-istudenti tal-kors tax-xjenza tal-kompjuter, Eduardo Saverin, Dustin Moskovitz u Chris Hughes waqt li kien qiegħed jattendi l-Università ta' Harvard. Is-sħubija f'dan is-sit għall-bidu kien limitat għall-istudenti ta' Harvard biss, imma aktar tard ġie estiż għaż-żona ta' Boston, l-Ivy League, u l-Università Stanford. Dan is-servizz kompla jestenda u beda jinkorpora lil kwalunkwe student universitarju, aktar tard studenti tal-iskejjel sekondarji, u finalment, kull persona minn tlettax-il sena 'il fuq. Attwalment, il-websajt għandha iktar minn 350 miljun utent attiv minn madwar id-dinja.
Storja[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Facebook ġie fundat fl-4 ta' Frar 2004 minn Mark Zuckerberg, fi żmien meta kien għadu student ta' dsatax-il sena fl-Università ta' Harvard, bl-għajnuna ta' Andrew McCollum u Eduardo Saverin. Fi tmiem l-istess xahar, iktar minn nofs il-popolazzjoni universitarja ta' Harvard kienu reġistrati ma' dan is-servizz. Dak iż-żmien, Zuckerberg kien ġie megħjun minn Dustin Moskovitz u Chris Hughes għall-promozzjoni tas-sit u l-Facebook kiber għall-Università ta' Stanford, għall-Università ta' Kolumbja u għall-Università ta' Yale. Dan il-kobor kompla f'April tal-2004 meta ġie estiż għall-kumplament tal-Ivy League, għall-MIT, għall-Università ta' Boston u għall-Kulleġġ ta' Boston. Fi tmiem is-sena skolastika, Zuckerberg u Moskovitz ittrasferixxew lejn Palo Alto f'Kalifornja ma' McCollum. Hemmhekk huma krew dar qrib l-Università ta' Stanford fejn magħhom ingħaqdu wkoll Adam D'Angelo u Sean Parker.
Id-dominju attwali, facebook.com, ġie reġistrat bejn April u Awwissu tal-2005 għal somma ta' $200,000,[4] u diversi universitajiet oħra ġew miżjuda fis-sena ta' wara. Maż-żmien, persuni li kellhom l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom b'dominju universitarju (per eżempju .edu, .ac.uk u oħrajn) minn istituzzjonijiet minn madwar id-dinja kisbu r-rekwiżiti sabiex jipparteċipaw. B'hekk, nhar is-27 ta' Frar 2006 Facebook estenda ruħu għall-iskejjel sekondarji u azjendi kbar.
Mis-26 ta' Settembru 2006, Facebook fetaħ għal dawk kollha li għandhom tlettax-il sena jew iktar u li għandhom indirizz elettroniku validu. F'Ottubru tal-2008, Facebook ħabbar li kien se jagħmel il-kwartieri ġenerali internazzjonali tiegħu ġewwa Dublin, fl-Irlanda.
Minn Settembru tal-2006 sa Settembru tal-2007, il-pożizzjoni fil-klassifiki tat-traffiku tal-websajts skont kif maħruġ minn Alexa, dan is-sit għamel qabża kbira mis-sittin post għas-seba' post. Minn Lulju tal-2007, daħal fil-klassifika tal-għaxar siti l-aktar viżitati fid-dinja.
Ġewwa Malta, skont rapport maħruġ minn Google Labs, in-numru ta' Maltin fuq dan is-sit matul l-2007 immultiplika ħafna drabi.[5] Matul l-2008 kien hemm splużjoni kbira ta' utenti fuq dan is-sit, fejn dan in-numru kiber biex sa Jannar 2010 hemm madwar 131,000 utent Malti. Barra minn hekk, il-Facebook f'Malta kellu fost l-ogħla rata ta' penetrazzjoni minn madwar id-dinja.[6] Skont Alexa, f'Malta, dan is-sit huwa t-tieni wieħed l-iktar viżitat, wara l-Google.[7]
Websajt[immodifika | immodifika s-sors]
L-utenti jistgħu joħolqu l-profili tagħhom b'ritratti, elenki ta' l-interessi tagħhom, u dettalji oħra personali. Komunikazzjoni bejn il-ħbieb u utenti oħra tista' ssir permezz ta' messaġġi kemmm dawk privati kif ukoll dawk pubbliċi, jew permezz tal-użu taċ-chat. L-utenti jistgħu joħolqu u jingħaqdu fi gruppi ta' interess partikulari jew ta' sosten, fejn xi ftit minnhom huma miżmuma minn organizzazzjonijiet għal skopijiet ta' reklamar. Biex tikkumbatti l-"ġlieda" fuq il-privatezza, il-Facebook tħalli lil kull min għandu profil li jagħżel min jista' jara l-profil tiegħu u liema parti jista' jara.
Dan is-sit huwa miftuħ għal kulħadd, huwa b'xejn għall-utenti u l-introjtu huwa ġenerat mir-reklamar.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) By The Numbers: Billionaire Bachelors. Forbes. Aċċess tal-URL: 20-09-2008.
- ^ "Press Info", Facebook.
- ^ (Ingliż) facebook.com - Traffic Details from Alexa. Alexa Internet, Inc. Aċċess tal-URL: 17-10-2009.
- ^ Chris Williams. (Ingliż) Facebook wins Manx battle for face-book.com. 01-10-2007. Aċċess tal-URL: 13-06-2008.
- ^ Vella, Matthew. (Ingliż) Facebook – what made 2007 the year of viral networking. 02-01-2008. Aċċess tal-URL: 15-02-2010.
- ^ Facebook Statistics Malta, facebakers.com
- ^ Alexa - Top Sites in Malta