Hi x'inhi t-tip ta' dar jew kamra li tixtieq taqsam; Airbnb tgħinek tilqa' l-vjaġġaturi b'mod faċli u sigur. Inti għandek il-kontroll sħiħ fuq id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-regoli tad-dar tiegħek, u kif tikkomunika mal-klijenti.

Biex inżommu lilek, lid-dar tiegħek u lill-affarijiet tiegħek siguri, aħna nkopru kull booking b'assigurazzjoni ta' miljun dollaru amerikan bħala ħarsien kontra d-danni fuq il-proprjetà u b'miljun dollaru amerikan ieħor f'assigurazzjoni kontra l-inċidenti.

Aqsam kwalunkwe spazju li jista' jvarja minn kamra tas-salott maqsuma mal-oħrajn, għal villeġġatura u ħafna iktar--mingħajr ebda ħlas ta' sħubija.
Aqsam kwalunkwe spazju li jista' jvarja minn kamra tas-salott maqsuma mal-oħrajn, għal villeġġatura u ħafna iktar--mingħajr ebda ħlas ta' sħubija.
Agħżel l-iskeda, il-prezzijiet u r-rekwiżiti tiegħek għall-klijenti. Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk matul il-proċess.
Agħżel l-iskeda, il-prezzijiet u r-rekwiżiti tiegħek għall-klijenti. Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk matul il-proċess.
Ladarba l-listing tiegħek ikun attiv, il-klijenti li jistgħu jibbukkjawh ikunu jistgħu jikkuntattjawk. Tista' tibgħatilhom messaġġ bi kwalunkwe mistoqsija qabel iż-żjara tagħhom.
Ladarba l-listing tiegħek ikun attiv, il-klijenti li jistgħu jibbukkjawh ikunu jistgħu jikkuntattjawk. Tista' tibgħatilhom messaġġ bi kwalunkwe mistoqsija qabel iż-żjara tagħhom.
Dennis jospita ġewwa Londra minħabba l-flessibbiltà li tipprovdi
Dennis jospita ġewwa Londra minħabba l-flessibbiltà li tipprovdi
Dennis jospita ġewwa Londra minħabba l-flessibbiltà li tipprovdi
Dennis jospita ġewwa Londra minħabba l-flessibbiltà li tipprovdi
Nafu li hija prijorità li tafda lin-nies li qed joqogħdu fid-dar tiegħek. Airbnb tippermettilek tistabbilixxi rekwiżiti stretti għal min jista' jibbukkja u biex issir taf lill-klijenti qabel iż-żjara tagħhom. Madankollu, jekk jiġri xi ħaġa, aħna qegħdin hawn biex ngħinuk. Permezz tal-Garanzija tal-Host tagħna li tkopri l-ħsara fuq il-proprjetà u l-Assigurazzjoni għall-Protezzjoni tal-Host tagħna għad-danni, inti se tingħata appoġġ bħala host il-ħin kollu.
Il-prezz tiegħek huwa dejjem f'idejk. Għandek bżonn l-għajnuna? Għandna l-għodda biex ngħinuk tlaħħaq mad-domanda fiż-żona tiegħek.
Il-prezz tiegħek huwa dejjem f'idejk. Għandek bżonn l-għajnuna? Għandna l-għodda biex ngħinuk tlaħħaq mad-domanda fiż-żona tiegħek.
M'hemm l-ebda tariffa biex tirreġistra. Airbnb ġeneralment timponi tariffa fissa ta' 3% fuq kull booking, li hija fost l-iktar tariffi baxxi fl-industrija.
M'hemm l-ebda tariffa biex tirreġistra. Airbnb ġeneralment timponi tariffa fissa ta' 3% fuq kull booking, li hija fost l-iktar tariffi baxxi fl-industrija.
Ladarba klijent jagħmel iċ-check-in, inkunu nistgħu nibagħtulek flusek permezz ta' PayPal, depożitu dirett,jew b'metodi oħra li jkunu disponibbli.
Ladarba klijent jagħmel iċ-check-in, inkunu nistgħu nibagħtulek flusek permezz ta' PayPal, depożitu dirett,jew b'metodi oħra li jkunu disponibbli.
Tessa tilqa' n-nies ġewwa Londra biex taqla' iktar flus
Tessa tilqa' n-nies ġewwa Londra biex taqla' iktar flus
Tessa tilqa' n-nies ġewwa Londra biex taqla' iktar flus
Tessa tilqa' n-nies ġewwa Londra biex taqla' iktar flus
Hosts fuq Airbnb
Hosts fuq Airbnb
Medja ta' żjarat ta' Airbnb kull lejl
Medja ta' żjarat ta' Airbnb kull lejl
Hosts ġodda kull xahar
Hosts ġodda kull xahar
Airbnb issib lin-nies postijiet fejn joqogħdu u affarijiet li jistgħu jagħmlu madwar id-dinja kollha. Il-komunità hija mmexxija mill-hosts, li jipprovdu lill-klijenti tagħhom b'opportunità unika li jivvjaġġaw bħal persuni tal-post.

Jekk għandek kamra żejda, dar sħiħa, jew għarfien espert f'qasam partikulari, tista' taqla' l-flus billi taqsamhom ma' kwalunkwe persuna fid-dinja. Tista' tospita d-dar, torganizza attività jew it-tnejn li huma. Meta tilqa' n-nies jew torganizza l-attività huwa f'idejk biss.

Huwa faċli li ssir host ta' Airbnb fil-biċċa l-kbira tal-postijiet, u qatt mhu se nżommulek flus biex toħloq listing. Appartamenti u djar sħaħ, kmamar privati, treehouses u kastelli huma biss ftit mill-proprjetajiet li l-hosts qasmu fuq Airbnb.
Għal iktar dettalji dwar x'inhu mistenni mill-hosts, ara l-istandards tal-komunità ta' Airbnb li huma marbuta mas-sikurezza, s-sigurtà u l-affidabbiltà, u l-istandards tal-ospitalità, li jgħinu lill-hosts jiksbu reviews mill-aqwa mill-klijenti.
Aħna nitolbu lil kull min juża Airbnb ftit informazzjoni qabel ma jivvjaġġa magħna. Il-klijenti għandhom jimlew din l-informazzjoni kollha qabel ma jkunu jistgħu jagħmlu talba għal booking. Din l-informazzjoni tgħinek tkun taf x'għandek tistenna u kif tikkuntattja lill-klijent.
Ir-rekwiżiti ta' Airbnb għall-klijenti jinkludu: • L-isem sħiħ • L-indirizz tal-email • In-numru tat-telefown ikkonfermat • Messaġġ ta' introduzzjoni • Il-qbil mar-Regoli tad-Dar tiegħek • L-informazzjoni dwar il-pagament
Il-klijenti huma mistennija, iżda mhux meħtieġa, li jkollhom ritratt tal-profil. Tista' wkoll titlob li l-klijenti jipprovdu ID qabel ma jibbukkjaw l-ispazju tiegħek.
Li tirreġistra ma' Airbnb u ttella' d-dar tiegħek huwa kompletament bla ħlas.
Ladarba tikseb booking, aħna se nżommu t-tariffa tas-servizz ta' Airbnb għall-hosts, li ġeneralment hija ta' 3%, biex inkopru l-ispiża għat-tmexxija tan-negozju tagħna.
Il-Garanzija tal-Host ta' €800,000 tħares lill-host kontra ħsarat fuq il-propjetà koperta f'każ rari li klijent jagħmel ħsara li tiswa iktar mid-depożitu ta' sigurtà jew f'każ li ma jkun inġabar ebda depożitu ta' sigurtà.
Il-Garanzija tal-Host ma tkoprix flus kontanti u sigurtajiet, oġġetti ta' kollezzjoni, biċċiet rari tal-arti, ġojjelli, annimali domestiċi jew ħlas ta' danni f'każ ta' responsabbiltà personali. Nissuġġerixxu li l-hosts iqiegħdu l-oġġetti ta' valur tagħhom f'post sigur jew ineħħuhom meta jikru l-post tagħhom. Il-programm lanqas ma jkopri t-telf jew ħsara li ssir fuq il-propjetà waqt l-użu normali tagħha.
Sir af iktar dwar il-Garanzija tal-Host fuq http://airbnb.com/guarantee
Il-prezz li titlob għal-listing tiegħek huwa kompletament f'idejk. Biex tieħu idea tal-prezzijiet tas-suq u tkun tista' tiddeċiedi aħjar, tista' tfittex għal listings simili fil-belt jew fil-viċinat tiegħek. Tariffi Oħra > - Tariffa għat-tindif: Tista' jew iddaħħal tariffa għat-tindif fil-prezz ta' kull lejl tiegħek jew inkella żżid tariffa għat-tindif separata mis-settings tal-prezzijiet tiegħek. > - Tariffi oħra: Biex tiġbor tariffi oħra barra mir-rati tiegħek (bħal pereżempju f'każ ta' check-in fit-tard jew tariffa għall-annimali domestiċi), l-ewwel għandek tgħarraf lin-nies b'dawn it-tariffi qabel jibbukkjaw imbagħad tuża ċ-Ċentru tar-Riżoluzzjonijiet biex titlob pagament sigur għal dat-tariffi.
L-għodda tal-Prezzijiet Intelliġenti ta' Airbnb tħallik tiffissa l-prezzijiet tiegħek biex jitilgħu jew jinżlu awtomatikament skont il-bidliet fid-domanda ta' listings bħal tiegħek.
Inti dejjem tibqa' responsabbli tal-prezz tiegħek, għalhekk il-Prezzijiet Intelliġenti huma kkontrollati minn settings oħra tal-prezzijiet li tagħżel int u tista' tirranġa l-prezzijiet ta' kull lejl meta trid.
Il-Prezzijiet Intelliġenti huma bbażati fuq it-tip u l-post tal-listing tiegħek, l-istaġun, id-domanda u fatturi oħra (bħal attivitajiet fiż-żona tiegħek).