Kif nista' nikkanċella l-booking tiegħi għal post fejn toqgħod?
Tinsiex: Jekk għandek bżonn tikkanċella l-booking tiegħek minħabba l-coronavirus (COVID-19), jekk jogħġbok agħti ħarsa lejn l-artiklu fuq l-għażliet ta' kanċellazzjoni tagħna.
Kif tikkanċella
Tista' tikkanċella l-booking tiegħek x'ħin trid - kemm qabel u kemm waqt il-vjaġġ tiegħek. Biex tikkanċella booking:
- Mur fuq Vjaġġi u sib il-vjaġġ li tixtieq tikkanċella
- Agħfas Uri d-dettalji tal-vjaġġ
- Agħfas Ibdel jew ikkanċella
Se niħduk f'paġna oħra fejn se tkun tista' tibdel jew tikkanċella l-booking tiegħek. Jekk tagħżel Ikkanċella, se mmexxuk tul il-proċess ta' kanċellazzjoni fejn issir taf x'inhuma l-għażliet tiegħek, kemm se tieħu flus lura u fejn tkun tista' tirrevedi l-kanċellazzjoni tiegħek qabel ma tibgħatha.
Kif taħdem
Jekk tikkanċella, se titħallas lura skont il-politika ta' kanċellazzjoni tal-host tiegħek. Se nagħtuk ir-rendikont tal-ħlas lura qabel tikkonferma l-kanċellazzjoni tiegħek. Airbnb tħallas lura t-tariffi tas-servizz kollha bħala kupun.
Jekk il-politika ta' kanċellazzjoni ma tagħtikx il-ħlas kollu lura meta tikkanċella, se tingħata l-għażla li titlob il-ħlas kollu lura mingħand il-host qabel tlesti l-kanċellazzjoni.